Futbol Sport

Il-FIFA b’dikjarazzjoni ċara kontra s-Super League

(Ritratt: EPA)

L-orgnaizzazjoni dinjija tal futbol il-FIFA ħarġet stqarrija fejn twissi li plejers li se jieħdu sehem fil-European Super League jistgħu jiġu projbita milli jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet organizzati minnha, fosthom it-tazza tad-dinja. Id-dikjarazzjoni kinet iffirmata mill-President tal-FIFA Gianni Infantino u mill-Presidenti tas-sitt assoċjazzjonijiet tal-futbol fil-kontinenti rispettivi fosthom, il-UEFA, Il-Konfederazzjoni Ażjatika tal-Futbol (AFC), Il-Konfederazzjoni tal-Futbol Afrikan (CAF), Il-Konfederazzjoni tal-Futbol tal-Amerika ta’ Fuq u l-Assoċjazzjoni tal-Futbol fil-Karibew (CONCACAF), Il-Konfederazzjoni tal-Futbol fl-Oċeanja (OFC) u l-Konfederazzjoni tal-Futbol fl-Amerika t’Isfel (CONMEBOL).

Id-dikjarazzjoni issostni li l-konfederazzjonijiet kollha iqisu biss lit-Tazzza tad-Dinja tal-Klabbs bħala l-unika kometizzjoni globali fuq livell ta’ klabbs filwaqt li l-FIFA tirrikonoxxi il-kompetizzjonijiet organizzati mill-konfederazzjonijiet bħala l-unika kompetizzjonijiet Kontinentali għall-klabbs.