Futbol Sport

Il-UEFA tikkunsidra li l-EURO 2020 jsir f’pajjiż wieħed

(Ritratt: EPA)

Is-CEO ta’ Bayern Munich Karl Heinze Rummenigge saħaq li l-UEFA qegħda tikkunsidra li l-EURO 2020 jsir f’pajjiż wieħed minflok kif inhu ppjanat fi 12-il belt differenti madwar l-Ewropa, minħabba l-coronavirus. Il-kampjonati li kienu posposti b’sena fis-sajf tas-sena li għaddiet huma skedati li jibdew fil-11 ta’Ġunju fi 12-il belt madwar l-Ewropa, b’dan il-format ikun pjanat ferm qabel l-imxija tal-coronavirus.

Rummenigge saħaq li l-President tal-UEFA Alexander Ceferin jinsab mħasseb ferm dwar il-coronavirus u għalhekk jaħseb li huwa aħjar li l-kompetizzjonji issir f’pajjiż wieħed. Sa issa l-ibliet skedati sabiex jospitaw il-logħob mill-EURO 2020 huma; Londra, Glasgow, Dublin, Bilbao, Amsterdam, Copenhagen, Munich, Ruma, St Petersburg, Bucharest, Budapest and Baku.

Filwaqt li hemm il-possibilita’ li jsiru f’pajjiż wieħed il-UEFA saħqet li kienet qed taħdem bla waqfien mal-ibliet ikkonċernati fuq erba’ possibiltajiet ta kif se jospitaw il-partitarji. Dawn il-possibilitajiet jinkludu; li jsiru fi stadium mimli bil-partitarji, li jsiru fi stadium b’ 50%-100% tal-partitarji b’miżuri ta’ mitigazzjoni, li jsiru fi stadium b’20%-30% tal-partitarji b’ miżuri ta’ mitigazzjoni jew inkella li jsiru mingħajr partitarji fi stadiums magħluqa. Kull belt qegħda tħejji pjanijiet għal kull possibilta’ bid-deċiżjoni finali mistenniija tittieħed f’Marzu ta’ din is-sena.