Hekk kif illum l-UE se tkun qed tiddiskuti l-aħħar żviluppi marbuta mal-pandemija, il-Kap tal-PN Bernard Grech tkellem dwar l-importanza li l-Ewropa jkollha strateġija komuni.
Fuq Twitter, Bernard Grech qal li hemm bżonn front wieħed u magħqud biex it-tilqim ta’ kontra l-Covid jitqassam bl-aħjar mod u mingħajr telf ta’ żmien. “Din l-istrateġija ċara hija essenzjali issa aktar minn qatt qabel”, stqarr il-Kap tal-PN.
Is-summit virtwali tal-Mexxejja Ewropej kien skedat li jibda għall-ħabta tas-6pm.
Il-Kummissjoni Ewropea qed tinsisti biex, sal-aħħar tax-xahar, il-pajjiżi membri tal-Unjoni ikunu qablu dwar politika komuni għaċ-ċertifikazzjoni tat-tilqim kontra l-Covid-19. Dan għandu jippermetti biex iċ-ċertifikazzjoni fi stat membru jkun aċċettabbli anki għas-26 pajjiż l-ieħor tal-Unjoni.
//= $special ?>