Lokali

Jitlef il-kontroll tal-vettura u jibqa’ dieħel f’ħajt u f’pilastru

L-isptar ġenerali ta' Għawdex - Mill-Arkivji

Sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq u baqa’ dieħel f’ħajt u f’pilastru fil-Qala, Għawdex għall-ħabta tas-sebgħa ta’ illejla.

Fuq il-post issejħu membri tal-Pulizija biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni filwaqt li tim mediku wasal fuq il-post permezz ta’ ambulanza biex jassistu lil dawk involuti.

Is-sewwieq minnufih ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn bħalissa qed jingħata l-kura meħtieġa. Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa.

Kawża tal-inċident, fiż-żona kien hemm ammont kbir ta’ traffiku.