Sport

L-Għaqda Ġurnalisti Sports jinnota l-bdil fil-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport

Wara li lbieraħ il-Kap tal-PN Bernard Grech wettaq reshuffle fix-Shadow Cabinet tiegħu, l-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnatlisti Sports jinnota l-bdil li sar fil-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport.

L-Għaqda Ġurnalisti Sports awgura lill-Onor. Clyde Puli li ġie maħtur bħala l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni u l-Isport filwaqt li wegħdet il-koperazzjoni tagħha kif seħħ matul dawn l-aħħar snin mal-Oppożizzjoni. L-Għaqda Ġurnalisti Sports, tirrikonoxxi wkoll ix-xogħol li sar mill-Onor. Puli fiż-żmien meta kien Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport bejn l-2008 u l-2013, filwaqt li tinnota li l-esperjenza tiegħu se sservi biex l-Isport ikun prijorità għall-Partit Nazzjonalista.

L-Għaqda Ġurnalisti Sports, irringrazzjat lill-Onor. Robert Cutajar tal-ħidma tiegħu fil-perjodu li dam jokkupa l-kariga bħala kelliem għall-Isport.