Sport Sport Ieħor

“L-Olimpjadi għandhom ikunu posposti għas-sena 2024” – is-Sindku t’ Osaka

(Ritratt: EPA)

Is-Sindku t’Osaka Ichiro Matsui saħaq li l-Olimpjadi ta’ Tokyo 2020 u l-Logħob Paralimpiku li mistennija jsiru is-sajf li ġej għandhom ikunu posposti għas-sena 2024. Matsui qal ukoll li anke l-Olimpjadi ta’ Pariġi 2024 u dawk ta’ Los Angeles fl-2028 għandhom ukoll jiġu posposti b’erba snin kawża ta’ din il-pandemija.

Diversi persuni oħra, fosthom l-erba’ darbiet rebbieħ tal-midalja tad-deheb tal-qdief Sir Matthew Pinsent, qegħdin jipproponu tibdiliet simili fl-iskeda tal-Oiimpjadi, hekk kif il-Ġappun intlaqat minn żieda qawwija fil-każijiiet tal-coronavirus minħabba l-varjanti ġodda li qegħdin jinfirxu. Skont stħarriġ maħruġ min Kyodo News, madwar 80% tal-popolazzjoni Ġappuniża iridu li l-Olimpjad u l-Logħob Paralimpiku jiġu ikkanċellati jew posposti. Minkejja dan l-organizzaturi, l-IOC u l-Prim Ministru Ġappuniż Yoshihide Suga saħqu li iż-żewġ avvenimenti mistennija jsiru kif pjanat fit-23 ta’ Lulju sat-8 t’Awwissu.