Atletika Sport

L-organizzaturi tal-Maratona ta’ Londra jbassru aktar minn 50,000 parteċipant

L-organizzaturi jinsabu ottimisti li fit-3 t’Ottubru fil-Maratona ta’ Londra se jkun hemm aktar minn 50,000 parteċipant, numru rekord għal din il-Maratona. It-tellieq tal-2020 kienet miftuħa għall-atletli elite b’rotta restritta minħabba il-coronavirus. Min-naħa l-oħra din is-sena, id-direttur tal-maratona Hugh Brasher qal li jittama li l-vaċċin jagħti iċ-ċans lill-atleti amateur jipparteċipaw f’dan l-avveniment.

Fil-maratona tal-2019, 46,906 atleta bdew il-maratona filwaqt li għal din is-sena huwa ikkalkulat li mas-750,000 persuna se jkunu qegħdin isegwu din il-maratona. Fl-Ingilterra il-proċess tat-tilqim tal-vaċċin kontra l-coronavirus huwa wieħed mexxej ħafna u huwa mbassar li sa Settembru tkun imlaqqma l-popolazzjoni Ingliża kollha. Minkejja dan l-ottimiżmu, Brasher saħaq li dan l-avveniment huwa ferm akbar mill-parteċipanti u saħaq li l-Maratona ta’ Londra għandha tkun avveniment li tgħaqqad in-nies flimkien.