Lokali Qorti

Il-union tal-bdoti tgħid lill-Qorti li l-kuntratti tal-Malta Med Air huma ‘każ ċar ta’ impjieg prekarju’


Kuntratti ġodda għal piloti impjegati mal-linja tal-ajru nazzjonali tal-Gvern Malta Med Air jixbħu każ klassiku ta’ mpjieg prekarju, dan sostnitu fil-Qorti l-assoċjazzjoni tal-piloti tal-linji tal-ajru ALPA,

L-ALPA ġiet ammessa bħala parti leġittima fi proċeduri legali kontra t-tkeċċijiet kollettivi mill-Air Malta matul il-pandemija fl-2020 meta l-piloti rrifjutaw tnaqqis estensiv fil-pagi.

L-Air Malta keċċiet xi 69 pilota wara li l-ALPA rrifjutat li tipparteċipa fin-negozjati dwar tnaqqis fis-salarji fl-2020. Il-Gvern sussegwentement waqqaf il-Malta Med Air, linja tal-ajru li t-titjira inizjali tagħha saret f’Awwissu 2020, billi rreklutat disa’ eks piloti tal-Air Malta fuq perjodu ta’ sitt xhur.

Dan kien fuq kuntratt baħal self employed, liema kuntratt ġie deskritt bħala “eżempju ċar ta’ impjieg prekarju”mill-ALPA, u attentat mill-Gvern biex ikisser id-drittijiet u l-kundizzjonijiet kollettivi tal-membri tal-ALPA.

L-ALPA talbet lill-Qrati biex il-Gvern jonora l-obbligi kuntrattwali lejn il-piloti, iżda l-Gvern argumenta li l-union m’għandhiex ir-rappreżentanza ġuridika biex taġixxi f’isem il-piloti li ngħataw is-sensja.

Il-Gvern ċaħad l-akkuża li naqas milli jonora l-ftehim tiegħu mal-assoċjazzjoni, u insista li għamel minn kollox biex jilħaq soluzzjoni aċċettabbli taħt iċ-ċirkostanzi straordinarji tal-pandemija COVID-19.

L-imħallef ċaħad l-argument tal-Gvern, li l-ALPA kellha tipprova li kienet tgawdi minn rappreżentanza ġudizzjarja. Il-Qorti qalet li l-ALPA kienet ġiet awtorizzata mill-membri tagħha biex jaġixxu f’isimhom. I

l-każ ġie ppreżentat mill-ALPA u 46 eks piloti tal-Air Malta, li qed jinsistu fuq ftehim kollettiv innegozjat f’Jannar 2018 u flimkien ma’ side letter tal-gvern li tigarantixxi il-paga tagħhom f’impieg ieħor mal-Gvern. Il-ftehim kien ġie ffirmat mill-Ministru tat-Turiżmu ta’ dak iż-żmien Konrad Mizzi.