Futbol Sport

Lazio mal-aħħar tmienja wara rebħa fuq Parma

(Ritratt: EPA)

Lazio kwalifikaw għal-kwarti finali tal-Coppa Italia fl-aħħar mumenti tal-partita kontra Parma. Lazio kienu l-akatar viċin il-gowl fl-ewwel taqsima hekk kif Parma ħarġu jiddefendu u jagħlqu l-ispazji fil-grawnd. Madanakollu Lazio marrru fil-vantaġġ fit-23 minuta meta minn cross minn fuq il-lemin ta’ Pereira kien Parolo li waħdu fil-kaxxa għeleb lil Colombi b’daqqa ta ras biex għamel l-iskor 1-0.

Id-differenza fl-esperjenza bejn iż-żewġ timijiet bdiet tidher tul it-tieni taqsima hekk kif Lazio għarfu jiddominaw il-pussess tal-ballun. Minkejja dan, Parma resqu viċin il-gowl tad-draw fit-72 minuta meta wara save tajjeb ta’ Strakosha fuq Brunetta, Mihaila ra t-tentattiv tiegħu jolqot il-lasta. Fit-83 minuta Parma ġabu l-gowl tad-draw meta Mihaila sab ruħu wiċċ imb’wiċċ mal-gowlkiper u tefa’ ġewwa għal 1-1. Fi tmiem drammatiku Lazio skorjaw il-gowl tar-rebħa fid-90 minuta permezz ta’ Muriqi.

COPPA ITALIA
Rawnd tal-aħħar 16: Illum:
Lazio v Parma 2-1 Kwartifinali: It-Tlieta: Inter v Milan 8.45pm L-Erbgħa: Atalanta v Lazio 5.45pm, Juventus v Spal 8.45pm Il-Ħamis: Napoli v Spezia 9.00pm