Futbol Sport

Liverpool isofru l-ewwel telfa f’Anfield sa mill-2017

(Ritratt: EPA)

Liverpool sofrew l-ewwel telfa f’Anfield sa mill-2017 meta kienu megħluba minn Burnley 1-0. Wara diversi opportunitajiet ta’ skor għal Liverpool fejn kienu mċaħħda mill-gowlkiper ta’ Burnley Nick Pope u mill-lasta ftit qabel il-mistrieħ. Il-gowl deċiżiv wasal fit-83 minuta meta Alisson waqqa lil Ashley Barnes fil-kaxxa, bir-referee jordna penalty biex minn ħdax-il metru l-istess BARNES ma żbaljax biex aċċerta minn tliet punti għal Burnley. L-aħħar darba li Liverpool tilfu kontra Burnley f’Anfield kien fl-1974 bl-iskor ta’ 1-0 ukoll.