Futbol Sport

Min hu l-aqwa skorer ta’ kull żmien?

(Ritratt: EPA)

Filwaqt li kienu bosta li ċċelebraw is-760 gowl li skorja Cristiano Ronaldo ma’ Juventus fir-rebħa tas-Super Coppa kontra Napoli lbieraħ, skont statistika miġbura minn Rec.Sport.Soccer Statistics Foundation (RSSSF) Josef Bican għadu l-aqwa skorer ta’ kull żmien bi 805 gowls. Isegwu lil Bican fit-tieni u t-tielet post rsipettivament hemm Romario b’ 772 gowl u Pele b’ 767 gowl.

Iżda fost il-gowls li skorja Bican, 27 minnhom kienu skorjati ghat-tim tar-Reserves jew Amateur ta’ Rapid Vienna, li jħallu lil Bican b’759 gowl. Jeżistu ukoll mistoqsijiet dwar il-gowls li skorjaw Romario u Pele fejn iż-żewġ plejers kienu qalu li skorjaw aktar minn elf gowl kull wieħed. Dan wara li għaddew ukoll gowls f’partiti ta’ ħbiberija, f’livelli taż-żgħażagħ kif ukoll f’partiti testimonjali. Minkejja dawn l-ispekulazzjonijiet ħafna nies madwar id-dinja qegħdin jikkunsidraw lil Cristiano Ronaldo bħala l-aqwa skorer ta’ kull żmien minħabba li ma hemm l-ebda dubji fuq il-gowls li skorja il-Portugiż.