Internazzjonali

Nirien jaħkmu impjant li kellu jibda jintuża għall-produzzjoni tal-vaċċin

Nirien qawwija ħakmu z-zona fejn hemm l-Istitut ta’ Serum fl-Indja; istitut li bħalissa qed jipproduċi t-tilqim għal kontra l-Coronavirus.

Rapporti inizzjali qed jindikaw li fil-post waslu 8 vetturi għal kontra t-tifi tan-nar. Għalkemm jidher li l-inċident ma ħalla ebda vittmi.

Fl-aħħar ħin kien konfermat li in-nar beda f’binja li kienet għadha fi stat ta’ kostruzzjoni, u allura l-linja ta’ produzzjoni tal-vaċċin ma ġietx affetwata.