Internazzjonali

Ritratti: Mijiet ta’ persuni evakwati fir-Renju Unit

Mijiet ta’ persuni ġew evakwati minn djarhom fir-Renju Unit minħabba għargħar kbar li laqtu lil Greater Manchester. L-istess kundizzjonijiet ħarxa jinsabu wkoll fit-Tramuntana ta’ Wales u Merseyside.

Rapporti qed jindikaw li villaġġi bħal Bangor u Didsbury ġew evakwati, filwaqt li villaġġi li jinsabu qrib ix-xmajjar qed ikunu evakwati.

Iz-zona ġiet milquta wkoll minn għadd ta’ borra, b’indikazzjoni ċara li l-Urugan Christoph se jkompli jippersisti għal dawn is-sigħat.

Numru ta’ vjaġġi tal-ferrovija ġew ukoll ikkanċelati sakemm is-sitwazzjoni tat-temp tikkalma.

L-istess kundizzjonijiet mistennija jolqtu n-nofsinhar tal-Iskozja fis-sigħat li ġejjin.