Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri feriti gravi f’Bormla

Arkivji

Raġel ta’ 62 sena mill-Isla, qiegħed isofri minn feriti gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl, f’Bormla għall-ħabta tas-6pm tal-bieraħ.

L-indikazzjonjiet qed juru li seħħet ħabta seħħet bejn vettura tat-Toyota, misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti Wied il-Għajn, u mutur tat-tip Yamaha, misjuq mir-raġel ta’ 62 sena.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Intqal ukoll li fuq il-post assistew ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.