Lokali

Taljan bi ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur

Ritratt: Pulizija ta' Malta

Taljan ta’ 28 sena, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li sofra ġrieħi f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għall-ħabta tas-7.30am, seħħet ħabta bejn Hyundai I20, misjuqa minn Ingliż ta’ 53 sena,u mutur Honda, misjuq mill-vittma.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin