Lokali

Bżonn ta’ aktar riformi sabiex in-nisa jidħlu fil-politika – MWL

“Hemm bżonn ta’ aktar miżuri li jiffukaw aktar fuq l-ostakoli u r-realtajiet li n-nisa jħabbtu wiċċhom magħhom ma’ sistema politika mibnija madwar normi maskili.”

Sostniet dan fi stqarrija l-Malta Women’s Lobby fejn insistiet li l-leġiżlazzjoni għandha bżonn tkun akkumpanjata b’rieda b’saħħitha kif ukoll aġġornament fil-politika.

Filwaqt li r-riformi tal-gender mechanism li qed jindirizzaw n-nuqqas tar-rappreżentazzjoni tan-nisa fil-Parlament Malti ġew mfaħħra, l-MWL appellat lill-Gvern sabiex jimplimenta aktar proposti li saru fid-dokument ta’ konsultazzjoni: Gender Balance in Parliament Reform.

Dan hekk kif fost oħrajn qed jiġi propost li tinħoloq strateġija għal ugwaljanza qalb is-sessi fil-Parlament, li l-partiti politiċi jkollhom is-sostenn kollu meħtieġ sabiex in-nisa jkunu mħarġa f’dan il-qasam permezz ta’ fondi statali kif ukoll li jiġi żgurat li n-nisa jkollhom influwenza kritika fuq il-Kummissjoni Elettorali.