Futbol Sport

Cassar ta’ Żejtun Corinthians rebbieħ ta’ DOVE l-aqwa save t’Ottubru 2020 ta’ Replay

Ritratt ta' The Malta Independent

Il-gowlkiper ta’ 28 sena ta’ Zejtun Corinthians FCChris Cassar hu l-ewwel rebbieħ ta’ dan l-istaġun tal-unur individwali tal-aqwa save tax-xahar għal Ottubru 2020. Dan l-unur speċjali hu mogħti esklussivament minn Replay (Net Television) u sponsorjat għal darb’oħra minn Dove, li f’Malta l-aġenti ta’ dan il-prodott hu George Borg Company Limited.Cassar kiseb l-akbar ammont ta’ voti grazzi għal votazzjoni li saret onlajn permezz tal-paġna ta’ Replay fuq Facebook, u li fiha l-gowlkiper ta’ Żejtun għeleb il-kompetizzjoni ta’ erba’ gowlkipers oħra mill-Kampjonat Premier.

Is-save rebbieħ ta’ Cassar seħħ fil-partita li Żejtun rebħu kontra Birkirkara F.C., nhar is-17 t’Ottubru li għadda, bl-iskor ta’ 3-2. Il-presentazzjoni lil Cassar bħala rebbieħ ta’ dan l-unur, se ssir fil-jiem li ġejjin, flimkien ma’ servizz speċjali li jixxandar fil-programm Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija, li jixxandar fid-9:30pm fuq NET Television.

Agħfas hawn biex tara dan is-save ta’ Cassar, li kiseb l-akbar ammont ta’ voti mit-telespettaturi ta’ Replay fuq Facebook.