Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 3 vittmi u 143 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa

Għaldarboħra fi żmien 24 siegħa f’pajjiżna kien irreġistrat numru għoli ta’ każi ġodda tal-virus – 143 każ ġdid bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa.

Din iċ-ċifra ttella’ għal 16,423 in-numru totali ta’ persuni li ħadu l-virus f’Malta sa mill-bidu tal-pandemija.

Fl-istess perjodu ta’ ħin fiequ 201 persuna biex issa huma 13,435 dawk il-persuni li fiequ. Numru li fortunatament, ukoll qed ikompli jiżdied ma’ kull ġurnata li tgħaddi.

Dan kollu tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa, fejn ġie mħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom tliet persuni oħrajn. Dan ifisser li l-vittmi issa żdiedu għal 248.

Dawn l-aħħar vittmi kellhom 92, 93 u 100 sena u mietu fl-Isptar Mater Dei, Karin Grech u l-Good Samaritan rispettivament. B’hekk, il-każi attivi issa jammontaw għal 2,740.