Lokali

Ian Borg f’lista sħiħa ta’ kontroversji

Il-Ministru qed jipprova jgiddeb lir-residenti ta’ Hal Qormi – skont hu, mhux vera li l-proġett tal-flyover fil-Bypass tal-Imrieħel kellhom jikxfuh il-bdiewa Qriema. Izda dan, qed ikun michud kemm mir-residenti u anke mill-bdiewa li ghandhom l-ghelieqi fiz-zona. Waqt intervista li saritlu mill-prezentatur tal-MaltaToday Reno Bugeja, Ian Borg kien mistoqsi direttament dwar dan il-proġett kontroversjali fl-Imriehel, li jfisser mannara fuq il-bdiewa taz-zona.

Mistoqsi wkoll dwar il-proġett tal-flyover tal-Imsida, Ian Borg ħareġ jattakka lill-Kamra tal-Periti minħabba l-fatt li qed jikritikaw dan il-proġett, li skont il-pjanti preżentati ser ikun qed imiss diversi komunitajiet.

Meta mistoqsi dwar il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex, Ian Borg saħaq li filwaqt li hemm interess min 4 kumpaniji internazzjoni, huwa sostna li l-istudji għadhom mhux lesti – madanakollu meta mistoqsi dwar il-possibilità ta’ reazzjoni mill-ERA dwar ir-riperkussjonijiet ambjentali fiz-zoni tal-Imbordin u l-Pwales – ma ċaħad bl-ebda mod tali eventwalità.

Meta mistoqsi dwar id-direct orders mgħotija taħt it-tmexxija tiegħu, il-Ministru inizjalment farfarha kompletament fuq Infrastructure Malta. Farfar ukoll il-fatt li l-Gvern Laburista spiċċa jkaxkar saqajh rigward l-Awtorità tal-Ippjanar u d-diversi riformi li qatt ma saru.

Dan filwaqt li Ian Borg laqa’ b’ironija l-mistoqsija dwar il-Kummissarju tal-Istandards Pubbliċi u baqa’ jinsisti li ma semmiex isem Alla fil-batal fuq it-televiżjoni.

Intant il-Ministru Borg faħħar il-ħidma tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat minkejja li tul it-tmexxija tiegħu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna ħadet daqqa ta’ ħarta.

Ian Borg tkellem dwar il-proġett tat-trasport tal-massa fejn sostna li l-pass li jmiss huwa li jiġi preżentat il-proġett lill-pubbliku – proġett li iddeskrivieh bħala wieħed li jaf idum mal-20 sena sabiex jitlesta.