Il-Partit Nazzjonalista irid il-ħolqien ta’ pjan ta’ ippjanar fit-tul, partikolarment fid-dawl tas-sitwazzjoni li ġabet magħha l-pandemija, fejn it-turiżmu jibqa’ l-aktar settur vitali għall-ekonomija tagħna, iżda b’differenza li tiġi mill-kwalità tat-turiżmu u tal-prodott ta’ pajjiżna.
“It-turiżmu ma’ jiġix ittrasformat f’iżolament mill-bqija, iżda jrid jinbena fl-isfond ta’ oqsma ekonomiċi li jkunu kumplimentari miegħu fejn inbiddlu l-prodott turistiku Malti f’wieħed li ma jikkompetix fuq il-prezz, iżda fuq il-valur tal-esperjenza li turist jieħu lura miegħu minn pajjiżna. Irid jara li ħadd ma jibqa’ lura għax, partikolarment f’settur essenzjali bħal dan, jekk ibatu dawk li jaqilgħux l-għajxien tagħhom mit-turiżmu, ibati l-pajjiż kollu.” Dan qalu llum il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt laqgha mal- Federated Association of Travel & Tourism Agents (FATTA).
Il-Kap Nazzjonalista qal li l-arroganza tal-Gvern waslet biex anki fis-settur turistiku, il-Gvern ma jridx jisma mill-esperti fis-settur bir-rizultat li dan is-settur jinsab f’inċertezza kbar u dan wara li s-sajf li ghadda il-Gvern fetaħ il-bibien mingħajr il-kontrolli neċessarji, minkejja li serħilna moħħna li kien hemm il-famużi “mechanisms” tal-Ministru tat-Turiżmu ta’ dak iz-zmien, kollha f’posthom, ix-xogħol u s-sagrifiċċji kbar li ghamlu eluf ta’ persuni involuti fis-settur, tar mar-rih. Dan filwaqt li fakkar li wara pressjoni li saret mill-Covid Action Team tal-Partit Nazzjonalista, il-Gvern kellu jdahhal ir-rapid testing fl-Ajruport ta’ Malta.
Id-delegazzjoni tal-FATTA, immexxija mill-President Iain Tonna u l-Kap Eżekuttiv Genevieve Abela, qalu li jinsabu mħassba dwar x’se jiġri minn Marzu ‘l quddiem, ladarba l-Gvern għadu ma jridx jgħid x’se jsir mill-wage supplements. Min-naħa l-oħra, huma faħħru l-impenn u l-viżjoni tal-Gvern Nazzjonalista li kien introduċa l-low cost airlines f’pajjiżna. Dan hekk kif dawn għenu mhux ftit biex jiżdied ix-xogħol ta’ individwi li jippjanaw żjara mal-operaturi tal-ivvjaġġar.
Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm il-Kelliem tal-Oppozizzjoni għat-Turiżmu Robert Arrigo, il-Kelliem tal-Oppozizzjoni ghall-Finanzi Mario de Marco u l-Kelliema għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Industrija Kristy Debono.
//= $special ?>