Futbol Sport

It-tielet rebħa konsekuttiva għal Gżira

(Ritratt: Domenic Aqulina/MFA)

Tarxien ………… 0

Gżira …………… 2

Tarxien: J.Borg, C.Conceicao, E.Zarate (L.Sciberras 83’), D.Zerafa (L.Ferreira 69’), D.Falzon, V.Plut, E.Rosario, I.Paz, K.Gatt, (J.Debono 83’), M.Tabone, R.Kooh Sohna

Gżira U: J.Haber, G.Bohrer, S.Borg, N.Muscat, M.Davis, N.Portelli, Maxuell, J.Mendoza, R.Correa, S.Borg, Jefferson (C.Borg 72’)

Referee: F.Zammit

Assistenti Referees: C. Francalanza, M. Ciantar

Fic-Centenary Stadium, Gżira għelbu l-isfida ta’ Tarxien biex telgħu momenterjament fit-tielet post tal-klassifika. Min-naħa l-oħra Tarxien b’din it-telfa baqgħu fiż-żona relegazzjoni fl-erbatax –il post tal-klassifika bi 12 –il punt. Fl-ewwel azzjoni denja ta’ nota Tarxien marru viċin li jiftħu l-iskor meta wara pass qasir tal-gowlkiper Justin Haber, Vito Plut approfitta u tefa’ ġewwa, bir-referee jħassar il-gowl għal offside.

Gżira kienu perikolużi permezz ta’ Bohrer u Mendoza, madanakollu kienu qedgħdin isibuha diffiċi biex jindu id-difiża ta’ Tarxien. Għal darb’oħra Gżira reġgħu kienu perikolużi fis-36 minuta meta Jurgen Borg salva fuq volley ta’ Ricardo Correa. L-istess Correa reġgħa mar viċin ftit mumenti wara permezz ta’ xutt bid-dawra li kien salvat mill-gowlkiper ta’ Tarxien. Fit-tieni taqsima Gżira ħarġu jfittxu l-gowl biex fetħu l-iskor fil-55 minuta meta wara li Jurgen Borg naqas milli jbiegħed il-periklu, Jefferson għadda lejn NIKOLAI MUSCAT li mill-viċin ma żbaljax għal 1-0. Gżira għalqu l-partita fl-aħħar minuta tal-partita permezz ta’ Ricardo Correa biex ta’ rebħa importanti lil Gżira United.