Lokali Qorti

Jaċċetta li jmur il-Ġermanja fuq mandat ta’ arrest Ewropew

Raġel ta’ 25 sena mill-Kamerun aċċetta quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li jmur lura l-Ġermanja wara talba minn dan il-pajjiż permezz ta’ ħruġ ta’ mandat ta’ Arrest Ewropew.

Ir-raġel kien imfittex mill-Awtoritajiet Ġermaniżi sabiex jgħaddi proċeduri kriminali dwar serqa armata u fuq kriminalità organizzata fil-Ġermanja. Iż-żagħżugħ bħalissa qiegħed jiskonta sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, wara li f’Settembru li għadda nstab ħati fuq reati relatati ma’ passaporti foloz.

Huwa se jibqa’ jinżamm fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin sakem jiġui konklużi l-preparamenti kollha biex iħalli Malta. Il-Pulizija Maltija mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali arrestaw lir-raġel nhar il-Ħamis Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Mark Galea, mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali.