Futbol Sport

Valletta jirritornaw b’rebħa fuq Balzan

(Ritratt: Stephen Gatt/MFA)

Matthias Mizzi

Valletta.……………..1

Balzan…………………0

Valletta: H. Bonello, S. Malano, R. Fenech (84’ N. Pulis), M. Picciolo (79’ S. Dimech), K. Nwoko, J. Borg, E. Beltre, R. Muscat (79’ T. Caruana), L. Aguirre, M. Alba (90 +3’ E. Sala), M. Jovanovic

Balzan: V. Vranes, A. Loof, S. Arab (39’ S. Arab), M. Duric, P. Fenech (62’ P. Fenech, S. Pisani, S. Bezzina, D. Johnson, U. Ljubomirac, M. Sanoh (5’  A. Andrejic), W. Gomes

Imwissija: VLT: 12’ H. Bonello, 30’ J. Borg, 90’ N. PulisBLZ: 50’ S. Pisani

Skorjaw:   VLT: 42’ (PEN) M. Alba

Referee:  Darryl Agius

Assistenti Referees:  Luke Portelli & Thomas Debono

Raba’ Uffiċjal:  Trustin Farrugia Cann

BOV Plejer Tal-Logħba: Matteo Picciolo (VLT)

Gowl solitu ta’ Miguel Angel Alba li ġie minn penalty fl-ewwel taqsima kien biżżejjed sabiex Valletta akkwistaw tliet punti importanti.

Wara nuqqas ta’ iktar minn xahar f’partiti kompetittivi minħabba kwarantina obbligatorja, Valletta rritonaw f’konfront kontra Balzan. Dan il-konfront serva wkoll ta’ debutt tajjeb għall-kowċ Portugiż Antonio José Cardoso Mendes. Minkejja s-saħħa tal-avversarji, Balzan xorta waħda niżlu għal din il-partita b’tir li jakkwistaw xi punti u joħorġu miż-żona l-ħamra. Joseph Zerafa kien ukoll sospiż għal dan il-konfront.

Ir-ritmu tal-ewwel taqsima kien wieħed kajman, biż-żewġ timijiet jilagħbu ħafna logħob fuq wara. Ta’ min jirrimarka azzjoni kontroversjali qabel tmiem l-ewwel taqsima fejn Samir Arab waqqa’ lil Matteo Picciolo bir-referee inkarigat saffar għal penalty imma l-ballun daħal fix-xibka. Reazzjoni ta’ dan kollu t-terna arbitrali deheret mifxula iżda wara diskussjoni qasira Darryl Agius saffar għal penalty, biex mill-ħdax-il metru Miguel Angel Alba ma żbaljax.

Fit-tieni taqsima l-Beltin provaw kemm jista’ jkun isalvaw ir-riżultat u ftit li xejn kellhom opportunitajiet ta’ gowl. L-iktar li marru viċin permezz tas-sostitut Shaun Dimech wara li d-difensur ta’ Balzan Augestine Loof leħħa l-periklu ta’ gowl minn fuq il-linja. B’hekk Valletta irritornaw għar-rebħ fl-ewwel partita tas-sena.