Il-kumpanija Anglo-Żvediża AstraZeneca se tkun qed taqta’ b’60% l-ammont ta’ vaċċini li se tibgħat lejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
AstraZeneca qed tgħid li dan hu kawża ta’ “problemi fil-produzzjoni” tal-vaċċin ta’ Oxford fil-fabbrika tagħhom fil-Belġju.
Hu maħsub li fl-ewwel tliet xhur tas-sena se jkun hemm tnaqqis ta’ 60% fil-vaċċini mqassma. It-tir kien li sa Marzu jitqassmu 80 miljun doża fis-27 Stat Membru. Dawn issa mistennija jonqsu għal 31 miljun.
Jidher li l-ammonti kienu ppjanati li se jitqassmu fir-Renju Unit se jibqgħu l–istess.
//= $special ?>