Futbol Sport

Atalanta jaħsdu lil Milan, b’Inter jonqsu milli japprofittaw

(Ritratt: EPA)

Atalanta għelbu lil Milan 3-0 fi Stadio Sansiro, bit-tim minn Bergamo jiddomina l-partita għal ħinijiet twal. Atalanta fetħu l-iskor wara 26 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ CRISTIAN ROMERO fuq cross tajjeb ta’ Robin Gosens. Atalanta baqgħu jiddominaw fit-tieni taqsima u fil-51 minuta ngħataw penalty wara li Kessie deher jidħol b’mod goff fuq Josip Ilicic. L-istess ILICIC minn ħdax-il metru ma żbaljax biex għamilhom 2-0. Atalanta għalqu l-partita fis-77 minuta permezz ta’ DUVAN ZAPATA.

Inter naqsu milli japprofittaw miż-żelqa ta’ Milan meta naqsu milli jegħlbu lil Udinese. Inter ftit li xejn kienu perikolużi matul id-disgħin minuta, bl-aktar azzjonijiet perikolużi jaqgħu f’saqajn Kevin Lasagna u Jens Stryger.

F’partita mimlija gowls, Roma għelbu lil Spezia 4-3 bil-gowl deciżiv jasal lejn it-tmiem. Roma fetħu l-iskor fis-17 –il minuta meta minn pass Lorenzo Pellegrini, BORJA MAYORAL ikkonluda ġewwa għal 1-0. Spezia kisbu d-draw fl-24 minuta meta ROBERTO PICCIOLI approfitta fuq żball tal-gowlkiper Pau Gomez biex għamel l-iskor 1-1. Roma reġgħu marru fil-vantaġġ fit-53 minuta għal darb’oħra permezz ta’ BORJA MAYORAL biex żewġ minuti wara għamluhom tlieta permezz ta’ RICK KARSDORP. Spezia naqqsu l-iskor fid-59 minuta meta fuq pass ta’ Andrey Galabinov, DIEGO FARIAS ikkonkuda għa-ġewwa. Biex fid-90 minuta Spezia ġabu l-gowl tad-draw meta minn żball difensiv ta’ Chris Smalling DANIELE VERDA għamilhom 3-3. Madanakollu fil-ħin mogħti żejjed Roma rebħu l-partita meat fuq pass ta Bruno Peres, kien LORENZO PELLEGRINI li skorja il-gowl tar-rebħa għal Roma.

Fiorentina kisbu rebħa importanti ta’ 2-1 fuq it-tim tal-qiegħ Crotone. GIACOMO BONAVENTURA fetaħ l-iskor għall-Viola wara 20 minuta b’DUSAN VLAHOVIC jirdoppja fit-32 minuta. Crotone naqsu l-iskor fis-66 miuta permezz ta’ SIMY.

SERIE A
Illum:
Roma v Spezia 4-3, Milan v Atalanta 0-3, Udinese v Inter 0-0, Fiorentina v Crotone 2-1 Għada: Juventus v Bologna 12.30pm, Genoa v Cagliari 3.00pm, Verona v Napoli 3.00pm, Lazio v Sassuolo 6.00pm, Parma v Sampdoria 8.45pm