“Biex intejbu l-governanza għandna bżonn nassiguraw li l-flus tagħna qegħdin jintefqu sew”.
Dikjarazzjoni li waslet mill-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb f’intervista li saritlu waqt il-programm Net Live.
Huwa qal li r-rapport bl-isem ta’ “Public Procurement Reform”, li qed ikun propost mill-Kamra tal-Kummerċ jintroduċi 36 riforma, bl-għan li tittejjeb il-governanza fil-Gżejjer Maltin.
F’dawn is-36 riforma l-Kamra tal-Kummerċ tagħat importanza partikolari għat-Tenders mogħtjja mill-Gvern bl-għan li din is-sistema tkun waħda aktar trasparenti. David Xuereb kompla biex jgħid li fis-sistema tat-tendering għanda tiġi trodotta wkoll sistema ta’ Blacklisting.
Dwar il-pandemija tal-COVID, David Xuereb stqarr li l-Kamra tal-Kemmerċ ma kinitx sorpriża bl-aħħar iżviluppi, hekk kif ta’ kuljum pajjiżna qed jirreġista numru kbir ta’ każi ġodda pożittivi.
Xuereb kompla biex jgħid li hekk kif resqin għall-vaganzi tal-Karnival, il-poplu għandu joqgħod attent sabiex ma jerġax jiġri kif ġara wara l-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ saħaq li jekk il-pubbliku jonqos milli jkun responsabbli u jsegwi l-miżuri ta’ mitigazzjoni, il-possibilta ta’ kurfew ma tibqax għażla iżda ssir neċessita. U jekk dan iseħħ, apparti li jistgħu jintilfu qiktar ħajjiet, l-ekonomija se tbati u se tkompli tmur lura.
//= $special ?>