Chris Cassar
SWIEQI U. ……………………….. 0
NAXXAR L. ………………………. 2
Swieqi U: J.C. Debattista, I. Micallef, M. Attard, J. Magri Overend, J. Micallef, J. Willy, S. Ibrahim, M. Vella, F. Temile, J. Azzopardi,S. Elfarsi.
Naxxar L: O. Borg, M. Fenech, M. Mifsud, E. Farias, A. Azzopardi, R. Cassar, A. Tenorio, F. Zuniga, S. Meilak, N. Borg, L.J. Schembri.
Referee: Aleksandar Jovanovic
Daqqa ta’ ħarta għall-aspirazzjonijiet ta’ Swieqi meta kontra kull mistenni kienu megħluba 2-0 minn Naxxar Lions. Għalkemm sorprendenti, r-riżultat hu wieħed ġust għaliex Naxxar kienu l-aħjar fil-grawnd u t-tliet punti miksuba grazzi għad-doppjetta ta’ Edson Farias fl-ewwel taqsima kienu tassew meritati.
L-ewwel taqsima kienet għal kollox dominata minn Naxxar li megħjuna mir-riħ li kien favurihom ma taw l-ebda ċans lill-avversarji jirraġunaw. Swieqi kienu biss id-dell tat-tim li tant ammirajna fl-ewwel rawnd, fejn ma kkombinaw xejn b’ħafna logħob fil-għoli fejn kien impossibli li tikkontrolla l-ballun.
Naxxar mill-ewwel dehru determinati bi pressing għoli fejn ma tawx nifs lill-avversarji u wara tmien minuti Naxxar marru wkoll minn fuq meta Edson Farias b’xutt preċiż minn tarf il-kaxxa għeleb għal kollox lil debattista li forsi ra xi ftit tard il-ballun.
Reazzjoni ma kienx hemm hekk kif Swieqi dehru għal kollox maħsuda. Freekick ta’ Nick Borg għadda ftit għoli u fit-23 minuta Naxxar għamluhom tnejn meta minn kross mil-lemin ta’ Schembri kien Farias li daħal tajjeb u mattar siequ u kompla għal ġewwa mill-viċin.
Lejn tmiem it-taqsima Naxxar viċin it-tielet gowl b’azzjoni ta’ Tenorio u xutt fil-baxx li kien salvat b’siequ mill-goalkeeper Debattista.
Fit-tieni taqsima Naxxar ċedew l-inizjattiva iżda kkontrollaw tajjeb. Fil-65 minuta kontrattakk ta’ Lee Joe Schembri li qassam lejn Farias li waħdu kien imċaħħad minn Debattista. Swieqi komplew bi pressjoni sterili tul il-logħba iżda Naxxar qatt ma dehru fil-periklu.
BOV CHALLENGE LEAGUE
Illum: Swieqi U. v Naxxar L. 0-2, Marsa v St. George’s posp. Ilbieraħ: Centenary Stadium: Pembroke A. v M’xlokk 11.00am, Żebbuġ R. v Fgura U. 3.00pm, Qormi v Pietà H. 7.00pm Victor Tedesco Stadium: St. Andrews v Qrendi 2.00pm, San Ġwann v Vittoriosa S. 6.00pm