Coronavirus Ekonomija Lokali Parlament Saħħa

“Il-Gvern għandu jindirizza l-problemi reali tas-soċjetà” – Bernard Grech

"Il-Partit Nazzjonalista huwa Gvern alternativ għaliex waqt li qegħdin nissaħħu flimkien, nistgħu wkoll noffru paġna ġdida għal pajjiżna"

“Il-Gvern għandu jindirizza l-problemi reali tas-soċjetà u ma jibqax jagħlaq għajnejh quddiem dan kollu”

Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta kien intervistat mill-ġurnalist Glen Falzon waqt il-programm Insights.

Fuq in-naħa l-oħra, il-bniedem jinsab fiċ-ċentru tal-politika tal-Partit Nazzjonalista.

Bernard Grech semma diversi nies li bħalissa jinsabu għaddejjin minn problemi li qed jaffettwawlhom ħajjithom fosthom l-inkwiet tal-ligi tal-kera li hija bomba tal-ħin li l-Gvern ta’ Robert Abela mhux jindirizza.

Dwar il-liġi tad-divorzju, Bernard Grech qal li huwa importanti li nifhmu li hemm nies li minkejja li kien hemm liġi li ġiet proposta, jidher li din waħedha mhux se tkun qed issolvi l-problemi li għaddejjin minnhom diversi familji.

Dwar il-proċess ta’ tilqim għal kontra l-COVID-19, Bernard Grech qal li huwa importanti li r-rata tiżdied sabiex pajjiżna jirritorna għan-normalità mill-iktar fiss.

Bernard Grech qal li, apparti dan, hemm bżonn iktar pjanar fil-mod ta’ kif qed jingħata l-vaċċin lill-anzjani, fejn qed ikunu rapurtati kjuwiet twal fiċ-Ċentri tas-Saħħa.

Dwar il-COVID Action Team, il-Kap tal-PN qal li l-proposti li tressqu mill-Oppożizzjoni kienu fost dawk li ġew attwati mill-Gvern.

Mistoqsi dwar ir-reshuffle tas-shadow cabinett, Bernard Grech qal li dan kien eżerċizzju tajjeb li saħħaħ dak li kien hemm. Reshuffle li se jħalli ħafna frott li permezz tiegħu tissaħħaħ iktar il-ħidma parlamentari tal-Deputati Nazzjonalisti.

Dwar id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia, Bernard Grech qal li tkellem fit-tul miegħu u talbu li jixtieq jaħdem b’ħiltu kollha fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.

Dwar il-programm ta’ ċittadinanza Bernard Grech qal li l-pożiżżjoni tal-PN dejjem kienet li min se jixtri ċ-ċittadinanza Maltija, għandu jkun kburi li xtraha u jista’ jagħti li pajjiżna xi ħaġa lura.

Il-Kap tal-PN qal li sfortunatmant għandna Gvern li m’għandu ebda pjan ekonomika u li qed jimxi mil-lum għal-lum, speċjalment pjan għal wara l-COVID. Huwa semma wkoll l-effett li r-reputazzjoni ħażina ta’ pajjiżna qed tħalli fuq l-ekonomija