Internazzjonali

Imut il-preżentatur Larry King fl-età ta’ 87 sena

Larry King, ġgant tax-xandir Amerikan, miet fl-età ta’ 87 sena f’Los Angeles.

Hu kien qed jiġi jingħata l-Kura għall-COVID-19 fi sptar f’Los Angeles stess.

Fl-aħħar snin, King kien qed ibati minn diversi kundizzjonijiet ta’ saħħa fosthom attakki ta’ qalb.

King beda jieħu l-fama fis-sebgħinijiet bil-programm tar-radju tiegħu The Larry King Show, fuq in-netwerk kummerċjali Mutual Broadcasting System.

Aktar reċentement, King ospita programm ieħor, Larry King Now, imxandar fuq Hulu u RT, ix-xandar internazzjonali kkontrollat ​​mill-istat tar-Russja.