Futbol Sport

Keqi jsalva punt lil Floriana b’gowl fit-tieni taqsima

(Ritratt: Domenic Aquilina/MFA)

Rowen Camilleri

FLORIANA……….1

HIBERNIANS…….1

Floriana: A. Cassar, D. Venancio (B. Paiber 54’), N. Leone, Kristian Keqi, U. Arias, J. Pisani, M. Garcia, F. Cheversan, M. Dias, J. Busuttil (S. Arab 76’), R. Camenzuli

Hibernians: M. C. Cremona, F. Apap, L. Almeida (Z. Grech 84’), A. Attard, J. Grech (Dos Anjos 74’) , J. Degabriele (W. Texiera 74’), D. Vella, A. Iziquier, A. Agius, I. Iriberri, T. Fonseca (S. Shodiya 63’)

Imwissija: I. Iriberri 30’, T. Fonseca 47’ (H), M. Garcia 79’ (F)

Skorjaw: D. Pisani 20’ (H), K. Keqi 58’(F) 

Referee: Malcolm Spiteri

Assistenti Referees: Mitchell Scerri u James Muscat

Il-Mument Plejer tal-logħba:  Ulises Arias (Floriana)

BOV Plejer tal-logħba: Dunstan Vella (Hibernians)

Fl-ewwel partita fl-Istadium Nazzjonali, Floriana u Hibernians ħadu punt kull wieħed meta f’partita bbilanċjanta iżda nieqsa mill-azzjonijiet spiċċaw fi dro ta’ 1-1.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet wara kwarta logħob meta l-akkwist il-ġdid ta’ Hibernians Tiago Fonseca prova xutt minn tarf il-kaxxa iżda Andrea Cassar laqa faċilment. Fl-20 minuta Hibernians fetħu l-iskor meta minn azzjoni personali DUSNTAN VELLA b’xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa tefa’ l-ballun fl-angolu tal-lasti ta Cassar. Floriana kellhom l-ewwel ċans tal-logħba fis-37 minuta meta Cheveresan daħal fil-kaxxa u wara li dar ma’ Almeida, l-konklużżjoni tiegħu għaddiet barra. Fil-ħin mogħti żejjed Floriana marru viċin ferm li jġibu l-gowl tad-dro meta l-eks plejer tal-Hibs Dias tefa kross mil-lemin li sab lil Keqi u b’fortuna għal Floriana d-daqqa ta’ ras tal-attakant Furjaniż ħabtet mal-mimduda. 

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima waslet fit-52 minuta minn Hibernians meta Fonseca għadda l-ballun fil-kaxxa lil Grech iżda l-Internazzjonali Malti tefa’ barra. Fit-58 minuta Floriana ġabu l-gowl tad-dro. Kien Flavio Cheversan li waqqa l-ballun tajjeb lil KRISTIAN KEQI li bi ġmiel ta’ xutt għeleb għal kollox lill Calleja Cremona. Minuta wara l-istess Keqi rċieva ballun fit-tul iżda min qagħda angulta xxuttja fil-baxx u tefa’ l-ballun barra. 

Fis-87 minuta Iziqier inkariga ruħu minn free kick mix-xellug, bil-kross tiegħu isib lil Iriberri li iżda bir-ras tefa’ barra.  Fil-ħin miżjud Floriana kellhom l-aħħar ċans biex jieħdu tlett punti meta s-sostitut Siraj Arab ħarab tajjeb mil-lemin u wara li daħal fil-kaxxa prova xutt minn qagħda diffiċli li Calleja Cremona laqa’ tajjeb u dawwar f’korner.