Sport Sport Ieħor

L-MTTA tħabbar li l-League Nazzjonali mhuwiex se jsir

L-assoċjazzjoni Maltija tat-Table Tennis (MTTA) ħabbret li l-League Nazzjonali m’huwiex se jsir minħabba is-sitwazzjoni preżenti tal-coronavirus f’Malta. Il-Board saħaq li din id-deċiżjoni ittieħdet sabiex tkun mħarsa is-saħħa tal-membri u l-famijari tagħhom, kif ukoll ta’ dawk responsabbli mil-akkademja, il-clubs u t-timijiet li jippateċipaw f’din il-kompetizzjoni.

Minn naħa l-oħra, fuq nota aktar pożittiva, il-board laħqu ftehim sabiex isiru Tournaments individwali sabiex iżommu lill-atleti preparati għall-kompetizzjonijiet, filwaqt li jħarsu lejn il-ħtiġijiet tal-livelli differenti li se jipparteċipaw f’dawn it-tournaments

Fil-15 u 19 ta’ Frar se jkun organizzat is-Seniors Elite Tournament, bl-ateti li lagħbu fl-ewwel u t-tieni diviżjonijiet l-istaġun li għadda jkunu eliġibbli li jipparteċipaw. Fit-12 u l-15 ta’ Marzu se jkun organizzat is- Senior Intermediate tournament, bl-atleti li ipparteċipaw fit-tielet u r-raba’ diviżjonijiet kif ukoll atleti ġodda, jkunu eliġibbli li jieħdu sehem.

Fis-26 ta’ Marzu se jkun organizzat Tournament għall-aqwa 12/16 akkademja jew klabbs ibbażat fuq is-sistema Svizzera. Kull akkademja jew klabb se jkunu mistoqsija sabiex jinkludu l-aqwa rapreżentattiv żagħżugħ f’dan it-tournament. Dan it-tournament għandu jservi ta’ motivazzjoni għall-membri tal-akkademji jew klabbs sabiex jaħdmu u jistinkaw sabiex jkunu magħżula għall-parteċipazzjoni fit-tournament mill-kowċis rispettivi tagħħhom.

Fid-9 t’April se issir kompetizzjoni għall-parteċipanti li għandhom ħdax –il sena jew inqas. Fid-19 u t-23 t’April se jsir avveniment għall-parteċipanti ta’ taħt il-21 sena. Fl-10 u l-14 ta’ Mejju se jkun organizzat avveniment għal dawk 18 –il sena jew inqas. Il-Kumitat Nazzjonali jħares ‘il quddiem għal-parteċipazzjoni ta’ Atleti Għawdxin, b’dan il- programm ikun suġġett għal tibdil skond is-sitwazzjoni tal-COVID 19 f’pajjiżna.