L-organizzazzjoni bl-isem ta’ Malta ARCH is-Sibt wara nofsinhar ingħaqdet fi protesta artistika kontra aktar żvilupp fiz-zona magħrufa bhala Tal-Qares Mosta. Art li se tintuza biex jinbena stabiliment kummerċjali.
L-Awtorita tal-Ippjanar iddikjarat li din iż-żona arkeoloġika għandha valur zgħir għalhekk ma jaraw ebda oġġezzjoni li tiġi zviluppta. Iżda b’reazzjoni għal dan l-ARCH Malta irrispondiet b’appell kontra dan l-iżvilupp.
Din il-protesta artistika organizzata min-ARCH Malta, timxi fuq il-kunċett ta’ ‘Artivism’, fejn tintuża l-arti bi skop li jitwassal messaġġ.
//= $special ?>