Futbol Sport

Rebħa importanti għal Żejtun fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni

(Ritratt: Domenic Aqulina/MFA)

ŻEJTUN C…………………..3
SENGLEA A…………………1


Żejtun C.: C. Cassar, L. Moreira, K. Reid, J. Suda, T. Bonfim, C. Grech, V. Vieira (84’ R. Do Nascimento), D. Washington (88’ G. Bugeja), E. Herrera, N. Tabone (76’ G. Azzopardi), A. De Barros
Senglea A.: M. Farrugia, S. Uyi, Z. Cassar, A. Abela (84’ J. Attard), F. Gnindokponou, I. Misan, D. Fava, J. Tanti, D. Diwoto, D. Xuereb (80’ R. Siong), W. Gomes
Referee: P. Farrugia
Assitenti referees: J. Spiteri, M. Ciantar

Żejtun Corinthians kisbu l-ħames riżultat konsekuttiv pożittiv u rebħa fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni meta għelbu lit-tim tal-qiegħ Senglea Athletic 3-1. Żejtun ħarġu fuq l-offensiva u wara bosta opportunitajiet ta’ skor, fetħu l-iskor fit-33 minuta meta minn kontrattakk veloċi, kien Jurgen Suda li għadda lejn VITOR VIERA li minn pożizzjoni angolata xeħet minn taħt Farrugia.

Żejtun irduppjaw sitt minuti wara meta wara ġirja tajba ta’ Viera fuq ix-xellug, il-cross tal-istess Viera sab lil KEMAR REID żmarkat fil-kaxxa li mill-viċin għamilhom 2-0. Senglea naqqsu l-iskor fl-64 minuta meta Gnindokponou għadda lejn Jan Tanti li għeleb lil Cassar b’xutt tajjeb minn barra l-kaxxa. It-tim imexxi minn Orosco Anonam reġa fetaħ vantaġġ doppju tliet minuti wara meta kien Jurgen Suda li qassa lejn REID li b’konklużjoni fil-baxx skorja t-tieni gowl personali u t-tielet wieħed għal Żejtun.