Internazzjonali

4 plejers u President ta’ tim tal-futbol imutu f’inċident tal-ajru fil-Brażil

Il-President tat-tim tal-futbol Brażiljan, Palmas, kif ukoll 4 plejers – tilfu ħajjithom traġikament wara li ġġarraf ajruplan żgħir li kienu abbord fuqu.

Mill-ewwel indikazzjonijiet, it-tim mir-raba diviżjoni Brażiljana kien fi triqtu għal partita mit-tazza domestika kontra Vila Nova meta għal xi raġuni l-ajruplan iġġarraf hekk kif ħalla l-mitjar.

Fi stqarrija l-klabb spjega li l-President flimkien mal-plejers u l-bdot mietu mad-daqqa.

L-Awtoritajiet spjegaw li abbord l-ajruplan kien hemm biss parti żgħira mill-iskwadra u sfortunatament ħadd mill-passiġġieri abbord ma’ salva.