Lokali

Abela jinawgura mina li diġà inawgura tliet xhur ilu

Il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu inawgura l-Mina ta’ Santa Luċija, li hu stess inawgura tliet xhur ilu. Fil-fatt, f’attività li swiet lill-poplu eluf ta’ ewro, Abela rrepeta l-istess diskors li kien għamel fit-23 ta’ Ottubru li għadda meta kien inawgura din l-istess Mina.

Meta staqsejnih x’inawgura f’din l-attività, ladarba l-inawgurazzjoni diġà saret tliet xhur ilu, Abela pprova jiġġustifika li dan hu parti minn kullana ta’ proġetti qabel ma dar lejn ġurnalist ieħor.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Ian Borg – li kien responsabbli minn din il-Mina – qal li din kienet attività oħra fejn il-Prim Ministru u l-Ministri setgħu jaġġornaw lill-pubbliku. Madankollu, hu ma weġibx kemm kienet se tiswa din l-attività, li fi kliemu stess saret biex Abela jwassal aġġornament tal-proġett.