Sport Sport Ieħor

Allegat abbuż sesswali minn membri tal-Federazzjoni tal-Isparar ta’ Ċipru

Il-Federazzjoni tal-Isparar ta’ Ċipru tinsab maħsuda wara allegatament każi ta’ abbuż sesswali, liema allegazzjonijiet ilhom isiru sa mill-2018. Andri Eleftheriou, rebbieħa fil-logħob tal-Commonwealth, allegatament għaddiet isem ta’ dak li qed ikun akkużat li wettaq minn tal-inqas ħames każijiet ta’ abbuż sesswali, wara l-każ li żvolġa fl-aħħar ġimgħat fejn ir-rebbieħa Olimpika Sofia Bekatorou allegat li membru tal-Federazzjoni tal-Ibburdjar, abbużaha sesswalment fl-1998.

Il-Ministru tal-Ġustizzja Ċipriotta, Emily Yiolitis kellha laqgħa ma’ Andri Eleftheriou fejn iddiskutew dawn l-allegazzjonijiet, b’Eleftheriou tallega li kienet abbużata kemm waqt il-logħob tal-Commonwealth fl-2006 kif ukoll fl-Olimpjadi ta’ Beijing fl-2008.

B’reazzjoni għal dawn l-allegazzjonijiet, il-President tal-Federazzjoni tal-Isparar ta’ Ċipru, Tziovanis Savvides ġie kkwotat jgħid li hu lest li jgħin l-awtoritajiet fl-investigazzjoniet tagħhom.