Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 116 -il każ ġdid – ifiqu 155

Huma 116 il-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna li ġew irreġistrati bejn is-Sibt u l-Ħadd.

Din iċ-ċifra ttella’ għal 16,658 in-numru totali ta’ persuni li ħadu l-virus f’Malta sa mill-bidu tal-pandemija.

Fl-istess perjodu ta’ ħin fiequ 155 persuna biex issa huma 13,801 dawk il-persuni li fiequ. Numru li fortunatament, ukoll qed ikompli jiżdied ma’ kull ġurnata li tgħaddi.

Dan kollu tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa, fejn ġie mħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa tilef ħajtu raġel ta’ 81 sena kawża tal-Covid-19 fl-Isptar Ġenrali t’Għawdex. Dan ifisser li l-vittmi issa żdiedu għal 251.

B’hekk, il-każi attivi issa jammontaw għal 2,606.