Futbol Sport

Gowl lejn it-tmiem ta’ Montebello jagħti rebħa importanti lil Birkirkara

(Ritratt: Domenic Aquilina/MFA)

Mosta…………………….0

Birkirkara……………….1

Mosta: C. Mafoumbi, C. Ememe, J. Bezzina, D. Bonnici, G. Sciberras (W. Donkin 64’), T. Farrugia, R. Morisco, Z. Brincat, B. Kaljevic, K. Tumilieri (C. Failla 64’) (M. Mifsud 72’), J. Ekani

Birkirkara: S. Guarnone, E. Pepe, Y. Yankam, L. Montebello, P. Mbong, R. Briffa, K. Zammit, C. Bonanni, C. Prado (F. Falcone 69’), O. Carniello, A. Da Paixao (F. Verde 90)

Referee: T. Farrugia Cann

Assistenti referees: L. Portelli, T. Debono

Plejer tal-logħba: C. Mafoumbi

Gowl lejn it-tmiem ta’ Luke Montebello ta tliet punti importanti lil Birkrkara f’rebħa minima ta’ 1-0 kontra Mosta, liema rebħa tpoġġi lil Birkirkara fir-raba’ post tal-klassifika bi 28 punti daqs Sliema Wanderers.

Mosta fetħu tajjeb u wara tmien minuti resqu viċin li jiftħu l-iskor bil-konklużjoni tiegħu tkun mdawwra f’corner minn Guarnone.

L-ewwel impenn serju lejn il-lasti tal-gowlkiper Mosti, Christoffer Mafoumbi wasslu biex l-istess Mafoumbi wettaq żewġ saves importanti hekk kif l-ewwel salva x-xutt ta’ Da Paixao, biex f’tentattiv li jixħet għal ġewwa l-istess Paixao ra t-tieni tentattiv tiegħu jkun għal darb’oħra salvat minn Mafoumbi.

Birkirkara kieni għal darb’oħra perikolużi fl-40 minuta meta minn pass ta’ Yankam, x-xutt ta’ Montebello kien mdawwar f’corner mill-gowlkiper Mosti, biex żewġ minuti wara Mafoumbi reġa salva fuq xutt ieħor ta’ Luke Montebello.

Fit-tieni taqsima, l-logħob baqa’ maqsum fejn fis-70 minuta Mafoumbi reġa kien strumentali biex isalva t-tentattiv ta’ Da Paixao. Iżda meta l-partita dehret li kienet se tintemm fi draw ta’ mingħajr gowls, minn kontra attakk veloċi, kien il-cross fil-baxx ta’ Da Paixao li sab lil LUKE MONTEBELLO li mill-viċin ma żbalja biex ta tliet punti importanti lil Birkirkara.