Il-Pulizija tad-Distrett qed tinvestiga inċident f’San Pawl il-Baħar li fih raġel ġarrab ġrieħi gravi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30p.m. fi Triq ix-Xtut fejn il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm persuna midruba iżda meta marru fuq il-post, il-Pulizija ma sabu lil ħadd.
Irriżulta li r-raġel ta’ 40 sena mar waħdu biex jiddewwa fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta fejn minn iktar stħarriġ irriżulta li r-raġel kien involut f’argument ma’ raġel ieħor u qala’ daqqa ta’ tazza.
Ir-raġel kien ċertifikat li qed isofri ġrieħi ta’ natura gravi u ttieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.
//= $special ?>