Futbol Sport

Juventus jirreaġixxu għaż-żelqiet ta’ Milan u Inter

(Ritratt: EPA)

Juventus irrispondew għaż-żelqiet ta’ Milan u Inter meta għelbu lil Bologna 2-0. Juventus fetħu tajjeb u fetħu l-iskor wara kwarta logħob meta x-xutt ta’ ARTHUR kien devjat għal ġewwa. Juventus baqgħu jikkontrollaw il-partita u l-gowl li aċċerta mit-tliet punti wasal fil-71 minuta fejn minn corner ta’ Juan Cuadrado, kien WESTON MCKENNIE li xeħet ġewwa b’daqqa ta’ ras tajba.

Verona ħasdu lil Napoli hekk kif fi Stadio M. A. Bentegodi għelbuwhom 3-1. Napoli marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita wara biss disa’ sekondi permezz ta’ HRIVING LOZANO. FEDERICO DIMARCO ġab l-iskor indaqs fl-34 minuta b’konklużjoni mill-isbaħ. Verona dawwru l-partita favur tagħhom fit-62 minuta permezz ta’ ANTONIN BARAK, biex fid-79 minuta MATTIA ZACCAGNI aċċerta mit-tliet punti għat-tim ta’ Verona.

Lazio kisbu rebħa importanti ta’ 2-1 fuq Sassuolo. FRANCESCO CAPUTO fetaħ l-iskor għal Sassuolo wara biss sitt minuti. SERGEJ MILINKOVIC-SAVIC ġab l-iskor indaqs fil-25 minuta, biex is-solitu CIRO IMMOBILE dawwar il-partita favur Lazio fil-71 minuta.

Genoa kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Cagliari. Il-gowl deċiżiv wasal wara għaxar minuti permezz ta’ MATTIA DESTRO.

SERIE A
Ilbieraħ:
Roma v Spezia 4-3, Milan v Atalanta 0-3, Udinese v Inter 0-0, Fiorentina v Crotone 2-1 Illum: Juventus v Bologna 2-0, Genoa v Cagliari 1-0, Verona v Napoli 3-1, Lazio v Sassuolo 2-1, Parma v Sampdoria 0-2