Lokali

L-Isptar wara inċident bejn mutur u żewġ karozzi

Raġel ta’ 42 sena residenti Santa Venera qed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei wara inċident bejn mutur u żewġ karozzi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-09:45 tal-Ħadd filgħodu fi Triq Dun Karm f’Birkirkirkara meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Toyota, karozza oħra tat-tip Opel kif ukoll l-mutur li kien qed jinstaq mill-vittma.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza filwaqt li l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.