Sport

Netball u r-Regatta fi SPORT EXTRA numru 14

Il-programm numru 14 mis-serje SPORT EXTRA, ir-raba’ wieħed għas-sena 2021 jixxandar illum fuq NetTV mill-4.00 pm ‘l quddiem. Il-programm ser ikompli bis-serje ta’ intervisti ma’ presidenti ġodda fi ħdan l-għaqdiet nazzjonali tal-isport.

Fl-ewwel parti tal-programm Charles Camenzuli intervista lil Nicole Borg li ġiet eletta din is-sena bħala President tal-Malta Netball Association kif wkoll lil Tamara Vella, kowċ tat-tim Nazzjonali Malti tan-netball .

Fit-tieni parti l-enfażi hija fuq ir-regatta bil-president il-ġdid tal-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor Sinclair Cassar jikkummenta kemm dwar l-iżvilupp li jittama li jsir fir-Regatta u wisq aktar fuq l-isfidi minħabba l-Covid-19 b’mod li l-attivitajiet ikunu jistgħu jsiru.

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta’ Bernie Dimech.