Lokali

Pass ieħor lejn ‘Paġna Ġdida għal Pajjiżna’

“Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qed jissokta bil-programm ta’ tiġdid intern li ma hu xejn għajr ftuħ ta’ Paġna Ġdida għall-Partit Nazzjonalista li qiegħed ikompli jersaq viċin tan-nies, li qed ikompli jissaħħaħ u li sussegwentement qed ikompli jiżviluppa fi gvern serju alternattiv u lest għall-Elezzjoni Ġenreali.”

Dan kien il-messaġġ li ħareġ minn intervisti li għamel il-mument ma’ Karol Aquilina, is-Segretarju tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, ma’ David Agius, il-Viċi Kap għall-Affarijiet Parlamentari u ma’ Robert Arrigo, il-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit.

Kien nhar l-Erbgħa li għadda meta l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ħabbar ix-Shadow Cabinett tiegħu f’pass ieħor importanti fil-proċess ta’ tiġdid; pass ieħor li mhux biss qed ikompi jsaħħaħ il-ħidma tal-Grupp Parlamentari iżda wkoll isaħħaħ lill-Partit Nazzjonalista biex ikun preparat għall-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.