Sport Sport Ieħor

Poirier b’sorpriża jegħleb lil McGregor

(Ritratt: Reuters)

Kmieni dalogħdu f’Fight Island f’Abu Dhabi, Dustin Poirier għeleb lil Conor McGregor permezz ta’ knockout fit-tieni rawnd fir-ritorn ta’ McGregor fil-Mixed Martial Arts.

Minkejja li McGregor kien aħajr mill-avversarju fl-ewwel rawnd, Poirier rnexxielu jegħleb lil McGregor wara żewġ minuti u 32 sekonda mit-tieni rawnd, bil-ġellied Irlandiż jgħid li żball tattiku minn naħa tiegħu wassal għal dan filwaqt li feraħ lill-avversarju tiegħu għall-prestazzjoni mill-aqwa.

Din kienet it-tieni ġlieda bejn Poirier u McGregor, biż-żewġ ġellieda ltaqgħu għall-ewwel darba fl-2014 fi ġlieda għat-titlu featherweight, b’McGregor joħroġ rebbieħ permezz ta’ knock-out wara 106 sekondi.