Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fi Triq il-Kosta

Żagħżugħ Ungeriż kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident bil-mutur.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.30 tal-Ħadd filgħodu fi Triq il-Kosta, fin-Naxxar meta mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-barrani ta’ 25 sena għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Kymco, bil-konsegwenza li nqaleb.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-vittma l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.