Sport Sport Ieħor

Tournament għat-tennisti li jinsabu fi kwarantina

(Ritratt: EPA)

Il-WTA se torganizza tournament għal dawk it-tennisti li jinsabu fi kwarantina bi tħejjija għall-Open tal-Awstralja.

Numru ta’ tennisti mistennija jieħdu sehem f’dan it-tournament li se jibda fit-3 ta’ Frar u se jservi ta’ preparazzjoni għall-Open tal-Awstralja. Aktar minn 70 tennista bħalissa jinsabu fi kwarantina obbligatorja wara li nstabu xi każijiet pożittivi ta’ coronavirus fuq l-ajruplani li għamlu l-vjaġġ sabiex jaslu fl-Awstralja.

Id-Direttur tal-Open tal-Awstralja Craig Tiley qal li hu flimkien mal-WTA u l-ATP qed jagħmlu minn kollox biex ikunu jistgħu jgħinu lit-tennisti jżommu l-kundizzjoni fiżika tagħhom fl-aħjar stat possibli minkejja li jinsabu fi kwarantina. Bħalissa hemm disa’ każijiet attivi minn 970 tennista u staff li jinsabu fi kwarantina fl-Awstralja.