Lokali

Żewġt irġiel arrestati wara li nqabdu fil-pussess tad-droga

Żewġ persuni ġew arrestat b’rabta ma’ pussess tad-droga.

Il-każ seħħ is-Sibt filgħaxija fl-inħawi ta’ Ġnien Spencer, fil-Marsa – wara li uffiċjali tal-Pulizija lemħu liż-żewġt irġiel jaġixxu b’mod suspettuż.

Sussegwentament saret tfittxija fuqhom fejn fuq ir-raġel ta’ 37 sena minn Niġer, residenti Marsaskala, instabu 10 qratas b’sustanza suspettata kannabis – allegatament mhux għal użu personali. Kif ukoll fuq żagħżugħ ta’ 24 sena minn Niġerja, nstabet sustanza wkoll suspettata kannabis.

Dan kollu filwaqt li ż-żewġ suspettati ttieħdu l-Għassa tal-Ħamrun mill-Pulizija tal-RIU sabiex aktar tard ittieħdu l-lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ qed isiru mill-Pulizija tad-distrett kif ukoll mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.