Coronavirus Ekonomija Lokali

Aktar messaġġi kunflinġenti mill-membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela

Aktar messaġġi kunfliġenti mill-membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela hekk kif issa kien imiss lill-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo li joħroġ bi frażijiet li jikkontradixxu lil xulxin… bil-Ministru jgħid li huwa impossibbli li s-settur turistiku jirritorna lura għan-normalità mis-Sajf li ġej.

Kulħadd jaf li s-settur tat-turiżmu kien l-iktar settur li ħa daqqa kbira minħabba l-pandemija tal-COVID… settur li jinkorpora fih eluf ta’ ħaddiema, u għalhekk mistenni jkun l-iktar settur li jdum ma jirkupra minn din il-pandemija.

Intant, il-Gvern jidher li mhux se jżomm mal-wegħda tiegħu li f’Jannar jqassam il-vouchers. Mistoqsi dwar dan il-Ministru tat-Turiżmu naqas milli jwieġeb dwar meta ezatt se jitqassmu dawn il-vouchers.

Clayton Bartolo naqas ukol milli jagħti informazzjoni dwar in-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fis-settur turistiku u li għadhom milquta mill-effetti ta’ din il-pandemija.