Futbol Sport

Chelsea jkeċċu lill-kowċ Frank Lampard

(Ritratt: EPA)

It-tim tal-Premier League Ingliż Chelsea ħabbru li keċċew lill-kowċ Frank Lampard, bis-suċċessur tiegħu mistenni jkun l-eks kowċ ta’ PSG u Borsussia Dortmund, il-Ġermaniż Thomas Tuchel.

Din id-deċiżjoni waslet hekk kif Chelsea jinsabu għaddejin minn serje ta’ riżultati negattivi fil-Premier League b’ ħames telfiet fl-aħħar tmien logħbiet, li tħallihom fid-disa’ post tal-klassifika b’ 29 punt .

Frank Lampard kien inaqgħad ma’ Chelsea bħala kowċ fl-2019 wara karriera twila bħala plejer mal-istess klabb. Minkejja li s-sena l- oħra mexxa lit-tim għar-raba’ post fil-klassifika, l- investiment ta’ $275 miljun li sar dan l-istaġun ma ħalliex l-impatt mixtieq.