Lokali

COVID-19: 203 każ ġdid, ifiqu 175

Fl-aħħar 24 siegħa, f’pajjiżna ġew irreġistrati 203 każ ġdid ta’ COVID-19 filwaqt li fiequ 175 persuna.

B’hekk, it-total ta’ każi minn Marzu huwa ta’ 16,861 filwaqt li huma 13,976 dawk li fiequ.

Sfortunatament, il-vittmi minħabba din il-pandemija komplew jiżdiedu hekk kif 2 persuni oħra tilfu ħajjithom – mara ta’ 76 sena li tilfet ħajjitha fir-residenza San Vinċenz De Paule fl-24 ta’ Jannar filwaqt li raġel ta’ 79 sena miet fir-residenza tiegħu waqt li kien pożittiv għall-virus.

It-total ta’ vittmi issa tela’ għal 253.